Celebrity Sundays ikompli dil-ġimgħa bis-seba’ programm. Din il-ġimgħa
Deo Grech ilaqqagħna mal-attriċi
Evelyn Saliba La Rosa.
Ikunu interpretati 3 kanzunetti oħra mill-
Malta Hit Song Contest 2010 bis-sehem ta’ Rita Pace ‘Forgive Me’ (Rita Pace). Tkompli l-fażi tad-dwetti bil-parteċipazzjoni ta’ Floren u Kenneth mill-band FIRE għal ‘Feels So Impossible’ (Billy J/Edward Ferry) u dwett ieħor bejn il-miżżewġin Dominic Cini u Ina Robinich għal ‘Whistle Blower’ (Dominic Cini/Clinton Paul).
Fiona Maria Vella u Ray Falzon iżommuna aġġornati bl-aħħar aħbarijiet mid-dinja tal-ispettaklu u l-moda.
Celebrity Sundays li kien innominat fil-kategorija ‘Best Entertainment’ fl-aħħar edizzjoni tal-
Malta TV Awards 2010, qed jerġa’ jintwera kull
nhar ta’ Ġimgħa fis-17:45, b’ripetizzjoni nhar ta’ Erbgħa f’nofsinhar.
CELEBRITY SUNDAYS Links:
Facebook